Elezzjoni 2017 Kultura Lokali

Ġebel storiku vvandalizzat b’tgħajjir u insulti lejn Marlene Farrugia u Salvu Mallia

Ritratt: Times of Malta

Ritratti: Times of Malta

Ġebel ta’ valur storiku mad-dawra tal-Forti Sant’Iermu fil-Belt ġie vvandalizzat b’tgħajjir u insulti lejn il-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia u l-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Salvu Mallia.

It-tgħajjir u l-insulti nkitbu bi spray, li skont The Times, diffiċli ħafna biex imur. Skont The Times, il-ġebel li ġie vvandalizzat seta’ kien parti mill-estensjoni tal-Forti Sant’Iermu fis-seklu 17, jew inkella seta’ kien parti mill-kostruzzjoni tal-breakwater.

The Times iżżid li spray ta’ dan it-tip diffiċli ħafna jmur minn fuq ġebel tal-franka.