Srdjan Dimitrov ta’ Birkirkara temm l-istaġun billi rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tax-xahar ta’ April u Mejju.
L-attenzjoni kienet definittivament fuqu fid-draw ta’ 3-3 ta’ Birkirkara kontra Valletta fejn kien strumentali għall-gowls kollha tat-tim tiegħu, hekk kif minn corner għadda l-ballun b’mod perfett lil Vukanac li mill-viċin skorja l-ewwel gowl; għal darb’oħra minn corner ta’ Dimitrov il-ballun wasal għand Christian Bubalovic biex dan tefa’ fix-xibka t-tieni gowl; u akkwista penalty wara li twaqqa’ fil-kaxxa minn Romao, biex mill-11-il metru Herrera skorja t-tielet gowl għal Birkirkara.
Dimitrov skorja wkoll l-aħħar gowl ta’ Birkirkara fir-rebħa tagħhom ta’ 3-0 fuq Mosta meta dendel il-ballun b’mod perfett minn fuq Yenz Cini, filwaqt li fetaħ l-iskor fir-rebħa tagħhom ta’ 3-1 fuq Balzan b’xutt imdawwar li ħalla l-goalkeeper ta’ Balzan Janjusevic bla reazzjoni.
Dan kien definittivament staġun li Dimitrov se jibqa’ jiftakar, hekk kif minbarra dawn iż-żewġ unuri, huwa kien rebaħ ukoll l-unur individwali għax-xhur ta’ Awwissu 2016 u ta’ Jannar 2017.
//= $special ?>