Is-sewwieq tal-Mercedes Lewis Hamilton qal li l-isfida li kellu mas-sewwieq tal-Ferrari Sebastian Vettel fi Spanja kienet waħda mill-aktar sfidi diffiċli li kellu matul il-karreira tiegħu.
Hamilton rebaħ il-Grand Prix ta’ Spanja mimlija emozzjoni hekk kif Mercedes, Ferrari u Red Bull kollha spiċċaw it-tiġrija b’karozza waħda u b’sewwieq fuq il-podju. Hamilton spiċċa 3.4 sekondi qabel Vettel, b’Daniel Ricciardo jtemm it-tielet.
Din kienet l-akbar sfida sa issa ta’ din is-sena bejn Hamilton u Vettel, bil-Brittaniku jirnexxielu jikseb il-55 rebħa tal-karriera u t-tieni tal-istaġun, biex issa jinsab sitt punti taħt Vettel fil-klassifika tas-sewwieqa, qabel ma jsir il-Grand Prix ta’ Monaco. ”Hu propju minħabba dawn l-isfida li aħna s-sewwieq nikkompetu f’dan l-isport. Huma sfidi li kollha kemm aħna nkunu rridu. Jien ilni nsuq madwar 24 sena u wara l-kedda li ħadt illum qed inħossni qisni għadni kemm ksibr l-ewwel rebħa fil-karriera,” kompla jgħid Hamilton.
Minn naħa tiegħu s-sewwieq Ġermaniż qal li għamel minn kollox biex jegħleb lil Vettel imma kien hemm mumenti fejn issorprendini.
//= $special ?>