In-Nazzjon tirrapporta fid-dettal il-mass meeting li l-Partit Nazzjonalista organizza lbieraħ f’Ħaż-Żebbuġ u telenka l-punti ewlenin tad-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u tal-kelliema li indirizzaw il-mass meeting, dak tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament, Mario de Marco; u d-diskors tal-eks-Ministru Laburista, eks-Whip tal-Gvern ta’ Muscat u llum kandidat tal-Partit Demokratiku, Godfrey Farrugia.
Ir-ritratti fil-gazzetta tal-mass meeting jixhdu l-folla ta’ eluf ta’nies li lbieraħ kienu preżenti biex jagħtu l-appoġġ lill-Forza Nazzjonali li se tkun il-forza li fit-3 ta’ Ġunju twarrab il-korruzzjoni minn Kastilja.
Fil-paġni tal-analiżi u l-opinonijiet, insibu l-ħsibijiet ta’ Oliver Friggieri kif ukoll opinjoni li se tibda tkun kuljum matul din il-ġimgħa, ta’ osservatur politiku minn Għawdex, li llum jittratta l-miljuni li ngħataw minn dan il-Gvern lill-barranin, il-ħabi mill-Maltin u l-gideb tal-Gvern ta’ Muscat li kkaratterizzaw l-erba’ snin tal-Gvern ta’ Muscat u tal-klikka tiegħu.
//= $special ?>