L-akbar problema li qed jaffaċċja Joseph Muscat hi l-kredibilita’ – u għal darb’oħra reġa’ falla. Wara li email ppublikat fil-gazzetta The Malta Independent giddeb għal darb’oħra lil Joseph Muscat – dan tal-aħħar reġa’ ċaħad li hemm banek ta’ fama dinjija li mhux qegħdin jaċċettaw dikjarazzjonijiet minn kumpaniji Maltin tal-awditjar.
Iżda meta NET News preżenta din l-email lil Joseph Muscat, waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-Imtarfa – Joseph Muscat reġa’ ċaħad dak li hu ovvju, minkejja li l-fatti qegħdin iswed fuq l-abjad quddiemu.
Din l-email ta’ bank Ġermaniż Commerzbank AG turi biċ-ċar li dak li rraporta l-ġurnal The Malta Independent tgiddeb għal kollox il-kliem ta’ Joseph Muscat u għal darb’oħra nqabad sfaċċatment jmeri l-ovvju. Iżda Joseph Muscat qed ikompli jinħeba wara subajgħ – u jgħid li għandu email li juri l-kontra, minkejja li ma jridx jiżvela biex il-poplu Malti jkun jaf il-verita’.
//= $special ?>