Lokali

FILMAT: Il-proposti tal-PN iġibuh dahru mal-ħajt

Il-proposti tal-Partit Nazzjonalista ġabu lil Michael Farrugia u Justyne Caruana dahrom mal-ħajt waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista

F’konferenza tal-aħbarijiet negattiva tal-Partit Laburista – il-proposti tal-Partit Nazzjoanlista ġabu lil Michael Farrugia dahru mal-ħajt. Din il-konferenza fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista ġiet msejħa apposta biex tmaqdar dawn il-proposti, iżda min imaqdar irid jixtri – u hekk ġara f’dan il-każ.

Aktar kmieni, Simon Busuttil intrabat li hekk kif jitla’ Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed jgħolli l-pensjoni minima nazzjonali għal  €169.76 fil-ġimgħa minflok €147.23 fil-ġimgħa sabiex b’hekk tilħaq l-ammont tal-paga minima nazzjonali.

Iżda dawn il-proposti ma tantx ġew milqugha mill-Partit Laburista li fil-mira tiegħu kien li jattakka dawn il-wegħdiet – iżda dawn l-istess proposti ġabu lid-deputati Michael Farrugia u Justyne Caruana dahrom mal-ħajt.