Elezzjoni 2017 Lokali

Ħtieġa ta’ politiċi li jmexxu bl-eżempju

Iż-żewġ mexxejja politiċi.

F’dokument ppreżentat lil mexxejja tal-Partit Politiċi għall-elezzjoni Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju, il-Kamra tal-Kummerċ sejħet lill-politiċi li se jkunu eletti biex ikunu ta’ eżempju u jieħdu pożizzjonijiet moralment korretti kontra prattiċi dubbjużi.

Il-Kamra tal-Kummerċ talbet lill-politiċi biex l-azzjonijiet u x-xogħol tagħhom jikkumplimentaw l-imprendituri li għandhom viżjoni fit-tul.

Fl-appell tagħha ċ-Chamber, appellat biex l-entitajiet pubbliċi jaħdmu mingħajr indħil politiku gil-waqt li jkunu implimentati bidliet kostituzzjonali għat-tisħiħ tal-governanza.

Iċ-Chamebr esprimiet ukoll tħassib għan-nefqa fl-aħħar leġiżlatura b’mod partikolari f’dik li hi spiża fil-pagi. Appellat ukoll biex Gvern ġdid jinċentiva l-investiment fil-privat biex il-postijiet tax-xogħolk jinħolqu f’dan is-settur.

Fost l-appelli tagħha l-Kamra tal-Kummerċ appellat għal soluzzjoni fl-immedjat għall-Air Malta.