Elezzjoni 2017 Lokali

IMPENN ĊAR MAL-ĦADDIEMA: Titnaqqas l-income tax għal 10% biss

Diversi inċentivi tal-PN għan-negozji u s-self employed

Simon Busuttil impenjat li Gvern ġdid Nazzjonalista iwettaq miżuri radikali favur il-ħaddiema, bil-għan illi tassew l-ekonomija tkun għan-nies. Dan għandu jsir b’pakkett ta’ inċentivi ta’ tnaqqis ta’ taxxa.

– il-massimu ta’ taxxa għal min jaqla’ sa €20,000 tinżel għal 10 fil-mija

– l-income tax tal-part-time tinżel għal 10 fil-mija, filwaqt li self employed li jaħdmu part-time ukoll iħallsu 10 fil-mija taxxa

– 10 fil-mija income tax għas-self employed fuq l-ewwel €50,000

– titneħħa t-taxxa tas-sisa li daħħal Joseph Muscat

– €360 miljun kapital fil-Malta Development Bank biex negozji innovattivi ikunu jistgħu jieħdu self

– għan-negozjanti, titnaqqas it-taxxa għal 15% fuq il-profitti li jerġgħu jiġu investiti

– negozji innovattivi jiġu eżenti mit-taxxa