Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil nieda 9 proposti favur il-ħarsien tal-annimali. Il-Kap tal-PN qal li l-poplu Malti għandu mħabba kbira lejn l-annimali. Dan jidher ukoll fir-reazzjoni mqanqla li jkun hemm meta joħorġu rapporti ta’ każi ta’ moħqrija tal-annimali.
Waħda minn dawn il-proposti hija li tingħata l-għajnuna lill-Animal Sanctuaries. Apparti minn hekk, Simon Busuttil sellem lill-volontieri kollha li jaħdmu b’dedikazzjoni kbira u ftit li xejn ikollhom għajnuna. Hu qal li Gvern ġdid jappoġġja din il-ħidma.
//= $special ?>