Impenn għall-Ħarsien tal-Annimali Proposti

IMPENN: Veleni u pestiċidi li jistgħu joqtlu l-annimali jitneħħew mis-suq

Il-Kap tal-PN qal li l-poplu Malti għandu mħabba kbira lejn l-annimali.

Gvern ġdid Nazzjonalista jibda ħidma biex jitneħħew mis-suq, veleni u pestiċidi li jistgħu joqtlu l-annimali.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil nieda 9 proposti favur il-ħarsien tal-annimali. Il-Kap tal-PN qal li l-poplu Malti għandu mħabba kbira lejn l-annimali. Dan jidher ukoll fir-reazzjoni mqanqla li jkun hemm meta joħorġu rapporti ta’ każi ta’ moħqrija tal-annimali.