L-Awtorità tax-Xandir, f’deċiżjoni li ħabbret ftit tal-ħin ilu, waqqfet lill-istazzjonijiet lokali milli jħallu lil kandidati għall-elezzjoni ġenerali jippreżentaw programmi fuq il-mezzi tax-xandir.
Fil-każ ta’ MediaLink Communications, din id-deċiżjoni taffettwa lill-preżentatur David Thake milli jippreżenta fuq Radio 101 u lil Norman Vella milli jippreżenta fuq Net Television.
Il-Partit Nazzjonalista mmedjatament irrispetta din id-deċiżjoni billi l-programmi taż-żewġ preżentaturi se jkunu qed jitmexxew minn preżentaturi oħra. Madankollu għada mistenni jitressaq appell għal din id-deċiżjoni.
//= $special ?>

