Il-kumpanija Nibe Beverages, inawgurat il-fabbrika l-ġdida tagħha f’San Ġwann. Fabbrika li tinkorpora wkoll l-uffiċini tal-kumpanija. Din il-fabbrika saret b’investiment ta’ 3.5€ miljun fuq spazju ta’ ħamest elef u mitt metru kwadru.
B’dan l-investiment il-kumpanija se tkun qed tipproduċi flixken tal-ilma ta’ għaxar litri, ħames u żewg litri u anke ta’ inqas li se jkunu qed jinbigħu fis-suq lokali u anke barra b’mod partikolari fl-Afrika ta’ Fuq. Id-direttur maniġerjali tal-kumpanija Pierre Farrugia, waqt l-inawgurazzjoni qal li l-kumpanija rnexxiela tilħaq għan ieħor fis-suċċess tagħha u b’dan l-investiment se jkunu qed jimmiraw li jżidu l-produzzjoni tagħhom anke bi prodotti ġodda.
Minn naha tiegħu Marco Cremona, li hu Hydrologist u Water Engineer, li ilu jaħdem għal dawn l-aħħar 14-il sena mal-kumpanija Nibe, qal li l-kumpanija dejjem ipproduċiet il-prodotti tagħha b’tali mod li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u li l-għan tagħha hu li tajjeb tkun innovattiva.
//= $special ?>
