Il-Ġurnalist rebbieħ tal-Premju Pulitzer, Matthew Caruana Galizia, ġie sospiż temporanjament minn Facebook wara li saru diversi lmenti dwaru u dak li tefa’ fil-paġna tiegħu fuq Facebook li sejħilhom bħala fatti ta’ korruzzjoni.
Tneħħew ukoll posts li kienu jelenkaw il-fatti ta’ korruzzjoni.
Matthew Caruana Galizia, l-ġurnalist li kien jifforma parti mill-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi kien ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat jippublika dokumenti oriġinali li ħarġu mill-Panama Papers. Fost oħrajn ġew pubblikati d-dokumenti dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi.
Dawn il-publikazzjonijiet fuq Facebook waslu biex kien hemm eluf ta’ shares ta’ din l-evidenza.
Caruana Galizia qal li mhux normali li Facebook iħassar dawn it-tip ta’ posts u għalhekk hu ovvju li saret xi tip ta’ pressjoni ma dan is-sit soċjali.
Il-kontenut li ppublika Caruana Galizia wassal ukoll għal reazzjoni mill-Prim Ministru Joseph Muscat fejn qal li kien ser jagħmillu libell. Din id-dikjarazzjoni wasslet ukoll biex l-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti talbet lil Muscat biex jirrikonsidra l-pożizzjoni tiegħu għaliex setgħet tħalli riperkussjonijiet.
//= $special ?>