Għall-ħabta tal-10:30PM tal-bieraħ, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Kanun, il-Ħamrun.
Involuti fl-inċident kien hemm żewġ karozzi, waħda misjuqa minn raġel ta’ 58 sena minn Ħal Qormi u mutur misjuq minn raġel ta’ 38 sena mill-Ħamrun.
Fuq il-post tal-inċident issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>