Ġlieda bejn barranin tispiċċa b'raġel ferut gravi
Raġel barrani ddaħħal l-isptar Mater Dei wara ġlieda li seħħet dalgħodu fl-Imsida. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8am fi Triq il-Wied, l-Imsida.
Ir-raġel ferut iddaħħal l-isptar wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina.
Net News huwa infurmat illi l-argument beda wara li xi Somali daħlu f’appartament qrib l-Għajn tal-Ħasselin.
L-allegat aggressur, li huwa Somalu, ġie arrestat mill-Pulizija.
//= $special ?>