#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Sfidat minn Simon Busuttil, Muscat jirrifjuta li jgħid jekk il-kandidati tiegħu għandhomx kumpaniji sigrieti fil-Panama

Ara l-aqwa siltiet tad-dibattitu tal-Università fil-filmat

Sfidat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, il-Prim Ministru Joseph Muscat illum irrifjuta li jgħid jekk hemmx imqar kandidat wieħed fil-lista tal-Partit Laburista li għandu kumpanija sigrieta fil-Panama.

Simon Busuttil għamel din l-isfida meta kien qed jitkellem fid-dibattitu tal-Università bejn il-mexxejja. Dibattitu li kien dominat minn diskussjoni dwar l-iskandlu tal-Panama u l-problema tal-korruzzjoni li ħakmet Kastilja.

L-isfida li saret minn Simon Busuttil, saret fl-isfond tal-fatt li Muscat sejjer għal elezzjoni bikrija minħabba l-korruzzjoni b’Konrad Mizzi fil-grupp ta’ kandidati tiegħu. Konrad Mizzi, bħaċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, nqabad b’kumpanija sigrieta fil-Panama.

Ara l-aqwa siltiet tad-dibattitu fil-filmat t’hawn fuq.