L-attività Taħt it-Tinda f’San Pawl il-Baħar kienet indirizzata mill-kandidati li, flimkien mal-kap tal-PN Simon Busuttil, se jikkontestaw f’isem il-Forza Nazzjonali fuq it-12-il distrett.
Il-Kandidat Sam Abela qal li l-PN se jibqa’ jiġġieled favur il-valur tas-sewwa u silet id-differenza bejn il-PN li dejjem poġġa l-ewwel lil pajjiżna u l-PL li poġġa l-ewwel l-interessi tal-erbgħa tal-qalba.
Simone Aquilina qalet li l-għażla quddiemna hija bejn dawk li għażlu t-triq tal-korruzzjoni u dawk li għażlu t-triq tal-valuri.
Mark Azzopardi qal li ma felahx jara li l-flus jinsterqu minn uliedna biex imorru fil-koruzzjoni u sahaq li l-ghazla tieghu fit-3 ta’ Gunju se tkun ghazla favur it-tfal u l-familji u għalhekk se jaghzel Malta.
Il-kandidat tal-PD Duncan Bonnici qal li l-poplu Malti ma ħaqqux ikollu dan il-Gvern u qal li l-għazla tal-poplu għandha tkun għal gvern li jistħoqqlu jkollu pajjiżna.
Claudette Buttigieg qalet li l-aħħar skandlu ta’ korruzzjoni jkompli juri kemm il-korruzzjoni qed tgħajjat u tistenna gustizzja. Saħqet li jekk hemm min għadu qed jistenna provi qed jgħaddas rasu fir-ramel.
Robert Cutajar tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fil-qasam soċjali u saħaq li huwa inutli li niftaħru bl-ekonomija sejra tajjeb jekk il-persuni fl-iktar stat vulnerabbli jħossu l-għafsa tal-għoli tal-ħajja.
Il-kandidat Maria Deguara fakkret li għalkemm il-presidenza tal-UE kellha tgħolli l-profil ta pajjiżna minflok Muscat ħammrilna wiccna mal-Ewropa.
Il-kandidata Graziella Galea fakkret li l-lokalità ta San Pawl il-Baħar kienet minsija mill-Gvern ta’ Muscat. Hija appellat biex fl-elezzjoni li jmiss il-poplu jagħżel lil Simon Busuttil bħala l-mexxej onest li għandu għal qalbu lil pajjiżna.
Messagg ta’ kuraġġ mill-kandidat Salvu Mallia li appella lil kulħadd biex ikompli jaħdem biex Simon Busuttil isir il-Prim Ministru ta’ Malta.
Anne Marie Muscat Fenech Adami qalet li minkejja l-ftaħir li l-ekonomija sejra tajjeb, il-familji u l-anzjani għadhom qed jissieltu biex ilaħħqu mal-ħajja. Sahqet li gvern Nazzjonalista jrodd lura d-dinjità lill-familji.
Il-Kandidat David Thake sellem lil dawk li fl-elezzjoni li għaddiet taw darhom lill-PN iżda llum fehmu li Muscat ingannahom. Huwa tkellem dwar id-deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir li waqqfet il-programm tiegħu u saħaq li ħadd ma hu se jagħlaqlu ħalqu.
Edward Torpiano appella lill-votanti partikolarment lil Laburisti genwini biex inaddfu Kastilja mill-klikka korrotta li hatfet l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.
//= $special ?>