Fuq: Siltiet mid-dibattitu
Id-dibattitu sħiħ:
Il-wasla tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil:
L-istennija fis-Sala qabel il-bidu tad-dibattitu:
Se tirbaħ il-forza tar-raġuni – Simon Busuttil
Qegħdin hawn minħabba li se ssir elezzjoni bikrija għax għandna Prim Ministru li uriena d-debba u qabbżilna l-ħamra. L-għaża hi dwar il-futur ta’ pajjiżna b’mod partikulari l-futur taż-żgħażagħ. L-għażla fid-deċiżjoni tat-3 ta’ Ġunju se teffettwa l-futur tal-pajjiż u se jkun hemm forza kbira favur pajjiżna u se tirbaħ il-forza tar-raġuni.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal dan waqt id-dibattitu għall-elezzjoni ġenerali bejn il-mexxejja tal-partiti politiċi li tmexxa minn Luke Hili bħala moderatur. Fid-dibattitu ħadu sehem ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat, Marlene Farrugia, il-Kap tal-Partit Demokratiku, Arnold Cassola, iċ-Chairman tal-Alternattiva Demokratika u Henry Battistino, il-Kap Moviment Patrijotti Maltin.
Simon Busuttil sellem lill-istudenti u awguralhom għall-eżamijiet u qal li hi ħasra li meta suppost qegħdin iħejju għal eżamijiet, ninsabu f’kampanja elettoralui sena qabel iż-żmien. Hu qal li fl-elezzjoni li ġejja se jkun hemm żewġ votazzjonijiet, waħda li fiha se nivvutaw aħna u l-oħra se tivvota d-dinja li tiddeċidiedi tkomplix taħdem magħna.
Hu qal li l-investiment ifisser l-edukazzjoni, is-servizzi finanzjai, il-gaming u l-ICT u jekk nagħmlu għażla ħażina jista’ jieqaf dan l-investiment.
Simon Busuttil qal li l-Gvern ta’ Joseph Muscat għereq u waqa’ minħabba l-korruzzjoni u l-problema hi li min għandu s-saħħa li jindirizza l-korruzzjoni, qed jagħlaq għajnejh għall-korruzzjoni. Din hi sitwazzjoni fejn il-Prim Ministru u Chief of staff tiegħu jinsabu taħt investigazzjoni kriminali fuq ħasil ta’ flus u korruzzjoni. Hu qal li mill-integrità ta’ min imexxi l-pajjiż joħorġ ir-riżultat tal-fiduċja f’pajjiżna.
Dwar il-viżjoni għal futur ta’ pajjiżna u l-investiment fl-edukazzjoni, Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru qal li hu jinsab taħt investigazzjoni minn maġistrat għax talabha hu, imma ordna l-investigazzjoni wara li kien ċert li ta’ Pilatus Bank ħarġu l-provi.
Simon Busuttil qal li hu m’għandux kumpanija sigrieta fil-Panama u l-ebda kandidat tal-PN, tal-PD, tal-AD jew tal-Patrijotti m’għandu kumpanija sigrieta fil-Panama. Talab lill-Prim Ministru jgħid jekk għandux xi kandidat wieħed li għandu kumpanija sigrieta fil-Panama. Qal li l-Prim Ministru għalaq għajnejgħ għal żewġ persuni maġenbu li għandhom kumpanija sigrieta fil-Panama u messu diġà irriżenja.
Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru jidher konvint li l-Maġistrat m’hux se jsib xejn dwaru u donnu diġá jaf li l-provi inħarġu ’l barra. Il-Maġistrat li qed jinvestiga lill-Prim Ministru għandu bżonn jinvestiga bl-għajnuna tal-Pulizija, imma l-Pulizija m’għamlu xejn għal sena sħiħa allura kif jistgħu jinvestigaw sostna Simon Busuttil. Hu kompla li l-Pulizija għandhom kunflitt ta’ interess u l-Kummissarju tal-Pulizija minflok jinvestiga, mar imexmex il-fenek.
Dwar il-proposti għaż-żgħażagħ qal li jsir ċentru ta’ inkubazzjoni għal start-ups u jsir investiment ta’ €360 miljun bħala garanzija fuq self għal start-ups u mhux tingħata garanzija lill-kumpanija privata għal power station li m’għandniex bżonn. Dwar l-arja nadifa, Simon Busuttil qal li din hi riżultat tal-Interconnector li sar mill-gvern Nazzjonalista għax minnu ma jkun hemm ebda tniġġiż.
Simon Busuttil tkellem ukoll dwar l-edukazzjoni fil-livell ta’ PhD’s u qal li tajjeb li ngħinu lil min ikompli bir-riċerka u l-għajnuna tng]ata waqt li qed jagħmlu PhD. Qal li se jikber il-fond għar-riċerka u se jkun hemm aktar scholarships għal dawk li jridu jagħmlu riċerka. Sa]aq ukoll dwar il-bżonn ta’ faċilitajiet sportivi sura ta’ nies fl-Universitá, u fl-infrastruttura fl-Universitá li bnewha gvernijiet Nazzjonalisti.
Simon Busuttil qal li Joseph Muscat neħħa l-preskrizzjoni għall-politiċi imma imbagħad neħħa l-awtorità tal-Pulizija biex ma jinvestigawx.
Hu qal li m’għandux ikun il-Prim Ministru li jaħtar l-istituzzjoni u għalhekk bi gvern ġdid Nazzjonalista id-deċiżjoni fuq il-ħatriet l-iktar importanti jsiru b’żewħ terzi tal-Parlament.
Dwar l-ambjent, Simon Busuttil qal li hu impenjat li jipproteġi l-ambjent u qal li malli sar jaf li kien hemm deputat tal-Oppożizzjoni li għamel applikazzjoni fuq art ODZ, minkejja li din kienet applikazzjoni legali u skont ir-regoli tal-Awtorità tal-Ippjanar, talbu jirtira l-applikazzjoni jew jitlaq u fil-fatt dan irtira l-applikazzjoni. Fakkar li Joseph Muscat ta’ 90,000 metru kwadru ta’ art verġni lil ħaddieħor f’art ODZ. “Jien prim ministru iż-Żonqor ma jinbeniex u nipproteġu l-widien” saħaq Simon Busuttil. Dwar il-White Rocks, Simon Busuttil qal li jekk ikun qed imexxi l-gvern, il-White Rocks ma jkunx żviluppat u jingħata għat-tgawdija tal-pubbliku.
Dwar il-libertajiet ċivili qal li l-impenn tiegħu hu li d-drittijiet li ta’ Joseph Muscat lil persuni LGBTIQ jinżammu u jiddaħħal ukoll iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Hu qal li fejn sar tajjeb lest li jinbni fuqu. “Wasal iż-żmien li ningħaqdu u fejn sar tajjeb nibnu fuqu imma fejn ma sarux affarijiet tajbin, irridu nibdluhom”.
Simon Busuttil qal li jrid politika ta’ opportunitajiet fejn iż-żgħażagħ ma jkollhom bżonn ħadd u jaslu skont il-kapaċitajiet tagħhom u mhux jittallbu lill-ministru. Illum il-politika ġiet li wieħed irid jittallab lil ministri ta’ Joseph Muscat imma noħolqu jobs u ma jkun hemm bżonn ebda persuna biex wieħed jittallab. Hu qal li l-faqar hu pjaga soċjali u Jospeh Muscat żied il-kera tal-housing socjali li hi taxxa fuq il-faqar u Simon Busuttil wiegħed li min ħallasha, jerġa’ jingħata l-flus lura.
Simon Busuttil fakkar li l-Prim Ministru beda b’maġġoranza ta’ 36,000 vot u 9 siġġijiet imma llum Marlene Farrugia li kienet eletta mal-Partit ta’ Joseph Muscat, qegħda mal-forza nazzjonali. Hu qal li erba’ snin ilu meta irritorna Malta mill-Unjoni Ewropea, ħass l-obbligu li jikxef il-verità li kien qed jgħatti l-Prim Ministru.
Dwar Egrant, Simon Busuttil qal li l-investigazzjoni m’hix fuqu għax hu m’għandux kumpanija sigrieta fil-Panama. Hu fakkar li l-allegazzjoni ħarġithom whistleblowr li rat il-provi u xehdet quddiem il-Maġistrat u malli sar dan infetħu l-kanuni fuqha. Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru għandu fil-wisa fejn jirriżenja minħabba l-allegazzjonijiet serji li hemm.
Simon Busuttil qal li għall-Prim Ministru tant hu gravi li jkollu kumpanija sigrieta fil-Panama li lest jirriżenja, allura għaliex ma keċċiex lil Konrad Mizzi u Keith Schembri li nqabdu li fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama u Keith Schembri inqabad li ħa tixħin minn fuq il-bejgħ taċ-ċittadinanza, staqsa Simon Busuttil.
Dwar ir-reputazzjoni ta’ Malta, Simon Busuttil qal li se jmur Brussel u jingħata messaġġ li hu se jnaddaf isem pajjiżna. Fakkar li s-settur finanzjarju u gaming li jimpjega 22,000 jinsab imdendel u qed jistenna t-3 ta’ Ġunju u se jiġġudikawna anke l-barranin.
Simon Busuttil qal li jekk l-ekonomija sejra tajjeb illum, kemm se tkun aħjar meta titneħħa l-korruzzjoni. Hu qal li min hu self employed irid jingħata aktar għajnuna għax dan daħal f’riskju u jimpjega aktar ħaddiema.
Hu qal li Beppe Fenech Adami kien investigat minn tlett imħallfin u ma sabu xejn fuqu fosthom kien hemm l-ex Imħallef Philip Sciberras li jitfa’ posts oxxeni kontra l-PN fuq Facebook.
Simon Busuttil qal li l-Prim Ministru mhux l-ekonomija imma lill-pajjiż daħħal fil-ħajt u fit 3 ta’ Ġunju l-poplu se jkun qed jiġġudika jekk irridux lill-pajjiż jibqa jitmexxa minn dan il-gvern tal-korruzzjoni jew minn gvern onest.
Dwar l-istipendji, Simon Busuttil qal li grazzi li tal-inqas Joseph Muscat ma neħħiex l-istipendji.
Simon Busuttil qal li biex jiġi l-investiment irid ikollna l-fiduċja u fakkar li fis-saħħa Joseph Muscat qabad l-isptarijiet u tagħhom lil privat minn wara daħar kulħadd. Qal li l-proġett Barts se jkompli imma l-prijorità se tingħata lill-istudenti tal-Università.
Il-Kap tal-PN qal li fil-jiem li għaddew tħabbru 100 proposta għal Għawdex u dinj kienet l-ewwel darba li partit poliku għamel programm elettorali speċifiku għal Għawdex.
Dwar l-iskema tal-għotja ta’ €10,000 lil dawk il-koppji żgħażagħ li jrabbu familja f’Għawdex, Simon Busuttil qal li d-dettalji se jkunu fil-programm elettorali tal-Partit.
Fil-konklużjoni tad-dibattitu, Simon Busuttil qal li qegħdin hawn minħabba li se ssir elezzjoni bikrija għax għandna Prim Ministru li uriena d-debba u qabbżilna l-ħamra. Hu qal li l-għaża hi dwar il-futur ta’ pajjiżna b’mod partikulari l-futur taż-żgħażagħ. Qal li l-għażla fid-deċiżjoni tat-3 ta’ Ġunju se teffettwa l-futur tal-pajjiż u se jkun hemm forza kbira favur pajjiżna u se tirbaħ il-forza tar-raġuni.
//= $special ?>