Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara ħabta l-Belt Valletta.
L-inċident seħħ fis-1.30pm fi Triq l-Assedju l-Kbir fejn seħħ impatt bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Mosta u karozza misjuqa minn mara ta’ 61 sena residenti s-Swieqi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal kura.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>