Lokali

AĠĠORNATA: Ingliż imut wara li waqa’ minn fuq ċint

Ir-raġel kien qed juża' bastun, u waqa' f'parapett ta' restaurant magħluq

Raġel ta’ nazzjonalità Ingliża miet wara li waqa’ madwar ħames filati minn fuq ċint. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30am fi Triq ir-Rizzi, il-Qawra. L-inċident seħħ fil-post fejn kien hemm il-Palm Court Hotel.

Kien dak il-ħin li l-Pulizija ġew infurmati mill-Awtorita` tas-Saħħa li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom. Malli l-Pulizija mid-Distrett marru fuq il-post, sabu li r-raġel kien waqa’ madwar ħames filati minn fuq ċint.

Għalkemm fuq il-post issejjħet ambulanza, il-vittma kien iċċertifikat mejjet fuq il-post. Il-katavru ittieħed bil-hearse għall-ħabta tal-9:45am.

Fil-post kien għad hemm il-bastun mal-art illi kien juża’ l-vittma.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Consuelo Scerri Herrera li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.