Sport Sport Ieħor

TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL – Suċċess ieħor għal Michael Sultana

Fil-korsa ta ‘ Duindigt fl-Olanda fil-ġranet li għaddew il-jockey Michael Sultana irnexxilu jirbaħ tiġrija ewlenija b’ debba Franċiża propjeta ‘ tiegħu stess. Din id-debba hi Zinaida u t-tiġrija saret fuq distanza ta ‘ 1900m.

Kien f ‘ nofs id-distanza tal-korsa li Michael Sultana talab lid-debba tiegħu biex iżżid fil-ġiri kif fil-fatt għamlet b’pass kostanti. Din ma kinitx l-ewwel darba li Michael Sultana kellu success fix -xena internazzjonali.

Fi tmiem it-tigrija Sultana kkonferma li qiegħed iħares b’ ottimiżmu għal aktar parteċipazzjoni internazzjonali fil-ġimghat li ġejjin.

L-istess Sultana dejjem fuq Zinaida kellu suċċess simili fl-Olanda f’April li għadda.
Ta’ min jiftakar li f’April li għadda Sultana kellu diġà prestazzjoni mill-aqwa fil-korsa ta’ Dundigt.
Sultana kien temm rebbieħ b’Zinaida fuq distanza ta’ 2000m u t-tieni b’Lazy Sioux li hi proprjetà tal-istess Sultana u ta’ John Borg.