Minkejja l-qlajja li qed tixxerred mill-media Laburista, mhux veru illi l-inkjesta dwar MuscatGate u l-iskandlu Egrant hija konkluża. Fil-fatt Net News jista’ jikkonferma li assulutament din hija aħbar falza.
Kif wieħed jista’ jara mil-lista tax-xogħol li hemm illum fil-Qorti (ara ritratt) l-inkjesta dwar MuscatGate qed tissokta dalgħodu.
Joseph Muscat ilu aktar minn sena jiddefendi lil Keith Schembri minkejja li hemm provi ċari kontrih dwar ħasil ta’ flus.
Il-punti li ħarġu lbieraħ kienu li:
– iċ-Chief of Staff ta’ Muscat, Keith Schembri, għadda €650,000 f’pagamenti lill-eks Kap Eżekuttiv ta’ Allied Group Adrian Hillman f’kont bankarju ġewwa Pilatus Bank
– dan il-kont ingħalaq eżatt wara li ħarġu l-Panama Papers
– il-każ ġie deskritt minn Simon Busuttil bħala textbook case ta’ ħasil ta’ flus
– il-Kummissarju tal-Pulizija ilu xhur jaf b’din l-informazzjoni u ma għamel xejn
Intant fir-rapport falz li ħareġ dalgħodu, il-ġurnalist ta’ Illum jagħti x’jifhem li l-ikjesta hija konkluża u li għal xi raġuni qed tinżamm mill-Maġistrat Buġeja, u ma għaddietx għand l-Avukat Ġenerali. Xi ħaġa li mhix vera, tant illi sa jumejn ilu l-Maġistrat kien preżenti f’Pilatus Bank biex tissokta din l-inkjesta li hija delikata ħafna u li matula qed jissejħu biex jixhdu diversi persuni li huma implikati.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle Muscat jinsabu fiċ-ċentru ta’ din l-investigazzjoni kriminali wara li whistleblower żvelat kif għaddew ftit iktar minn miljun ewro mill-Ażerbajġan ġewwa kont f’Pilatus Bank.
Bħala parti minn din l-inkjesta jidher illi l-Qorti f’Malta bagħtet ukoll korrispondenza uffiċjali lejn Panama City.
L-inkjesta ġiet ordnata wara li ċ-chairman ta’ Pilatus Bank kien inqabad mill-cameras ta’ Net News ħiereġ bil-bagalji fis-satra tal-lejl. F’dak il-ħin, il-Kummissarju tal-Pulizija kien għal fenkata fl-Imġarr.
//= $special ?>