Internazzjonali

Paniku u dmija fi New York wara li karozza daħlet fuq in-nies f’Times Square

L-aħħar rapporti rreferew għal tal-anqas persuna mejta, l-inċident jidher li ma kellux relazzjoni mat-terroriżmu. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.

Il-belt Amerikana ta’ New York ftit tal-ħin ilu inħakmet minn paniku sħiħ wara li vettura ġiet misjuqa b’veloċità għal fuq in-nies li kienu mexjin fuq bankina fiz-zona ta’ Times Square.

Fl-inċident tilfet ħajjitha mara, b’numru sostanzjali ta’ persuni jisfaw midruba. L-awtoritajiet intant qalu li ma jidhirx li l-azzjoni kellha warajha skop terroristiku, fost rapporti li x-xufier tal-karozza tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu waqt li kien qed isuq fid-direzzjoni opposta tat-traffiku.

Ix-xufier, bħalissa, qed jinżamm mill-pulizija li għalqu l-aċċessi għaz-zona.

Talanqas 13 il-midruba ingħataw it-trattament mis-servizzi għall-emerġenza li marru fl-inħawi f’Times Square, bl-investigazzjonijiet qed ikomplu.