- Titħassar il-laqgħa tal-Kumitat Pana wara li Muscat naqas milli jattendi
“In-nuqqas ta’ konsegwenzi u azzjoni f’Malta wara l-iskandlu tal-Panama Papers ipoġġi lill-Unjoni Ewropea f’sitwazzjoni imbarazzanti.”
Sostna dan Sven Giegold, membru tal-Kumitat PANA tal-Parlament Ewropew f’kummenti mal-preżentatur, l-Avukat Frank Psaila fi Strasbourg.
Dan wara li llum kellha ssir laqgħa ta’ dan il-kumitat li iżda tħassret wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat, irrifjuta li jattendi għal din il-laqgħa.
Sven Giegold qal li membri tal-Gvern ta’ Malta biss inqabdu li fetħu kumpaniji permezz ta’ Mossack Fonseca. Minkejja dan, il-Parlament Malti ma fetaħx investigazzjoni. “Il-Gvern Malti ma kkoperax mal-investigazzjoni tal-Parlament Ewropew. Il-Fatt li s-Sur (Keith) Schembri u s-Sur (il-Ministru tal-Finanzi Edward) Scicluna u s-Sur (il-Prim Ministru Joseph) Muscat ma dehrux quddiem dan il-kumitat, huwa nuqqas tar-responsabblitajiet speċjali marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew,” temm l-MEP Giegold.
//= $special ?>