Elezzjoni 2017 Lokali

“Għal Għawdex aħjar”

Illum fin-Nadur. Ritratt ta' Roberto Runza.

L-attività ta’ taħt it-tinda fin-Nadur, Għawdex, kienet indirizzata wkoll minn 11-il kandidat fuq id-distrett elettorali ta’ Għawdex.

Huma lkoll kellhom messaġġ ugwali – il-Partit Laburista wiegħed ħafna lill-Għawdxin iżda mill-wegħdiet tiegħu ma wettaq kważi xejn u nesa’ li l-Għawdxin jeżistu.

Frederick Azzopardi fakkar li erba’ snin ilu l-poplu Għawdxi kien għażel li jbiddel lil Gvern li kien biddel wiċċ Għawdex iżda minflok ħa Gvern li nesa’ li Għawdex jeżisti, ma wettaq l-ebda proġett ġdid u kiser il-wegħdiet.

Waqt li esprima t-tħassib tiegħu għan-nuqqas ta’ opportunitajiet f’Għawdex għall-Għawdxin, Kevin Cutajar qal li għalhekk l-Għawdxin jistgħu jagħżlu li bil-forza nazzjonali fit-tmexxija, mill-ġdid Għawdex jingħata lura lill-Għawdxin.

Joe Ellis faħħar il-valuri tal-bżulija u xogħol onest tal-Għawdxin u appella lill-votanti biex huma wkoll jivvutaw għall-onestà li tirrappreżenta l-forza nazzjonali biex mill-ġdid il-valur domestiku Għawdxi jogħla mill-ġdid.

Minn dak li wiegħed, speċjalment lil Għawdex, il-Partit Laburista ma wettaq xejn, anzi f’ħafna każi sar bil-kontra. Fakkar dan Ċensu Galea fl-indirizz tiegħu lill-Għawdxin, fejn irrimarka kif 36,000 vot u 9 siġġijiet vantaġġ ma rnexxilux iżomm għal ħames snin.

Min-naħa tiegħu Ryan Mercieca wiegħed li jekk ikun elett, mhxu se jaħrab lejn Malta kif għamlu d-deputati Laburisti, imma se jibqa’ f’Għawdex, qrib l-Għawdxin, biex jaħdem għall-Għawdxin u jistinka għal proġetti li jtejbu l-ħajja f’Għawdex.

Charles Polidano faħħar il-ħiliet tal-Għawdxin, għaliex matul il-karriera tgħallem taħt għalliema Għawdxin u rnexxa fil-karriera. Fisser il-forza anzzjonali bħala koalizzjoni tal-irġulija li se taħdem għall-Għawdxin.

Waqt li tal-klikka stagħnew, Maria Portelli fakkret li Għawdex twarrab fil-ġenb, iż-żgħażagħ intesew u l-Gvern Laburista ma għarafx dak li jgħaddu minnu ta’ kuljum l-Għawdxin. Fakkret fost l-oħrajn il-wegħda ta’ xogħol għall-Għawdxin, li ma seħħitx.

Marthese Portelli semmiet lista sħiħa ta’ proposti li l-Gvern Laburista wiegħed lill-Għawdxin ida baqa’ qatt ma wettaq, ewlenija fosthom dik li l-Għawdxin isibu opportunitajiet f’pajjihom stess iżda din inkisret u ma seħħ xejn.

Min-naħa tiegħu Chris Said fakakr li l-Partit Nazzjonalista hu l-ewwel partit li ppreżenta programm elettorali għal Għawdex u wiegħed li jimpenja ruħu li jara li l-mitt proposta mwegħda għal Għawdex jitwettqu fl-ewwel ħames snin ta’ Gvern Nazzjonalista.

Mill-esperjenza tiegħu fl-istituzzjonijiet Ewropej, David Stellini qal li l-politiċi Ewropea qed jinnutaw li quddiem il-korruzzjoni, Joseph Muscat ma ħax azzjoni, u huma nkwetati li pajjiżna sejjer lejn sitwazzjoni bħal tal-Greċja u Ċipru.

Bl-involviment tiegħu Jason Zammit iddikjara li hu jrid jgħaddi messaġġ lil Joseph Muscat li ma jaċċettax min ibiegħ lil pajjiżna u jidħaq bil-poplu. Wiegħed li bħala parti mill-forza nazzjonali jara li Gvern ġdid ikun differenti.