L-eks whip tal-grupp parlamentari Laburista u eks deputat Laburist Godfrey Farrugia għamilha ċara li hu favur il-festi, il-kaċċa u tradizzjonijiet oħra lokali.
Waqt li kien qed jitkellem waqt attività taħt it-tinda f’Ħaż-Żebbuġ, Godfrey Farrugia ndirizza d-diskors ta’ Muscat, li beżża’ lill-kaċċaturi li Gvern Nazzjonalista li se jwaqqaf il-kaċċa bl-iskop li jipprova jirbaħ il-voti.
Iżda Godfrey Farrugia, li se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss mal-Partit Demokratiku, bħala parti mill-Forza Nazzjonali, bħall-Partit Nazzjonalista ddikjara li hu mhux kontra l-kaċċa.
Fl-aħħar jiem dwar il-kaċċa tkellem ukoll il-kap tal-Partit Nazzjonalista Simon busuttil li xejjen il-gideb ta’ Muscat, u fost l-oħrajn qal li hu jirrispetta r-referendum favur il-kaċċa u għalih din hi kwistjoni magħluqa.
//= $special ?>


