Elezzjoni 2017 Lokali

In-Nazzjon 18.05.2017

In-Nazzjon jagħti importanza lill-istorja ewlenija li ddominat l-aħbarijiet ilbieraħ filgħaxija wara dak li żvela l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li wera b’dokumenti f’idejh, kif f’Kastilja mhux biss korrotti hemm iżda kriminali. F’paġna 3 tal-ġurnal jingħataw id-dettalji dwar kif Keith Schembri għadda €650,000 lill-eks-CEO tat-Times, Adrian Hillman.
Jingħata wkoll importanza d-dibattitu tal-bieraħ fl-Università bejn il-kapijiet tal-partiti li se jikkontestaw l-elezzjoni tat-3 ta’ Ġunju li ġej, b’rapporti dettaljati ta’ dak li ntqal fid-dibattitu. Storja oħra tittratta laqgħa li saret bejn il-Forza Nazzjonali mar-rappreżentanti tal-industrija tal-proprjetà fejn kien spjegat kemm ir-reputazzjoni ta’ Malta hi kruċjali anki għall-industrija tal-proprjetà.
Fost l-opinjonijiet insibu l-fehmiet ta’ Angelo Micallef u Antonello Cuschieri, waqt li tkompli s-serje ta’ analiżi dwar il-kuntratt, li l-Gvern ħeba ħafna minnu, dwar it-tmexxija tal-isptarijiet pubbliċi mill-kumpanija VGH fejn ikompli jinkixef dak li ħeba l-Gvern u li ma jridx juri lill-poplu. F’artiklu ieħor Carm Mifsud Bonnici jsellem il-memorja tal-eks-Maġistrat u ekspolitiku Joe Cassar.
Mill-aħbarijiet ta’ barra nsibu informazzjoni dwar aktar kumplikazzjonijiet għall-Brexit, u mill-aħbarijiet sportivi In-Nazzjon  jippubblika ritratt sabiħ tat-tim ta’ Juventus hekk kif ilbieraħ għamlu l-ewwel pass lejn it-treble bir-rebħ tal-Coppa Italia.