Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Il-mument li Joseph Muscat u Kurt Farrugia bdew jibagħtu l-messaġġi lil xulxin

Fid-dibattitu tal-Università, iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola ċanfar lill-Prim Ministru Joseph Muscat talli kien ilu “siegħa u nofs jirċievi messaġġi mingħand Kurt Farrugia biex jgħidlu x’għandu jgħid”.

NET News irċieva l-filmat t’hawn fuq, li fih, Joseph Muscat u Kurt Farrugia kienu qed jużaw il-mobile fl-istess ħin. Kif indunaw l-istudenti x’ken għaddej, induna wkoll Arnold Cassola li kellu risposta fil-komma meta Muscat qallu: “Qisek Franco Debono”. Ir-risposta f’waqtha ta’ Arnold Cassola ntlaqgħet b’ċapċip kbir mill-istudenti preżenti.