#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

The Guardian tirrapporta l-attakk fuq Matthew Caruana Galizia

L-aħbar li Facebook iċċensura l-ġurnalist Matthew Caruana Galizia, wara numru ta’ rapporti li saru fil-konfront tiegħu, ġiet irrappurtata bi prominenza f’The Guardian.

Matthew Caruana Galizia, rebbieħ tal-premju Pulitzer, kien żvela ammont ta’ dokumenti li jkomplu jikkonfermaw ħasil ta’ flus u korruzzjoni.

Caruana Galizia li hu membru fil-Konsorzju Internazzjoni għall-Ġurnalisti Investigattivi kien wieħed mill-ġurnalisti li kellu aċċess għad-dokumenti li kixfu l-iskandlu tal-Panama fost oħrajn kienu żvelati l-kumpaniji sigrieti Egrant, Hearnville u Tillgate.

Skandlu ta’ korruzzjoni li wassal lil Joseph Muscat biex isejjaħ elezzjoni qabel iż-żmien.