Eluf ta’ nies kuljum qegħdin jidħlu fis-sit www.forzanazzjonali.com – u ta’ kuljum jidħlu jitfgħu aktar ideat jew ikomplu jsegwu d-diversi ideat li qegħdin jiġu mtella’.
Minn mindu ġiet imnedija s-sezzjoni Ideat, kull 37 sekonda daħlet persuna ġdida żżur is-sit, u vot ġdid fuq d-diversi ideat kull 25 sekonda!
Numru kbir ta’ ideat ittellgħu fuq dan is-sit – iżda fost l-aktar ideat li ntgħoġbu hemm:
1. Proposta dwar siġar fit-toroq – 274 vot:
2. Le għall-żvilupp fuq art ODZ – 237 vot:
3. Votanti li jgħixu barra – 224 vot:
4. Infrastruttura aħjar għat-trasport – 221 vot:
5. Park Nazzjonali f’Manoel Island – 210 vot:
Minn dawn l-ideat li ntefgħu mill-pubbliku, hu ċar li l-aktar temi li l-poplu Malti jixtieq jindirizza hu l-ambjent, it-trasport, u titjib fil-proċess elettorali.
Biex wieħed jista’ jagħti s-sehem tiegħu f’dan is-sit, wieħed jista’ jidħol fis-sit www.forzanazzjonali.com u min hemm wieħed jidħol fis-sezzjon ideat. Mhux biss wieħed jista’ jippreżenta l-idea tiegħu iżda wkoll jivvota fuq ideat oħrajn u jagħti raġunijiet għaliex jaqbel jew ma jaqbilx mal-idea.
Iżda, kien hemm ideat oħrajn li qajmu diskussjoni – min jikkummenta favur u min jsemmi leħnu li ma jaqbilx:
– Diskussjoni dwar il-warrant ta’ studenti li jigradwaw mill-MCAST fl-Inġinerija:
– Diskussjoni dwar it-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-vetturi:
– Diskussjoni dwar il-ħarsien tal-ambjent – partikolarment Wied il-Għomor:
Tista tara aktar ideat billi tagħfas hawn.
Dan is-sit qed ibiddel il-mod ta’ kif issir il-politika, għaliex illum sar faċli aktar minn qatt qabel sabiex tressaq l-idea tiegħek. B’permezz ta’ dan is-sit issa mhux biss il-messaġġ jgħaddi għand il-Partit Nazzjonalista, iżda ħaddieħor jista’ jagħti l-appoġġ tiegħu u jsemma leħnu wkoll.
L-opportunita’ li l-idea tiegħek issir realta’ hi possibli, billi tieħu l-inizjattiva u taqsam l-idea fuq is-sit www.forzanazzjonali.com.
//= $special ?>