Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dalgħodu mar il-Qorti biex jippreżenta provi ġodda quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja. Dan wara li l-Erbgħa il-Kap tal-PN Simon Busuttil ħabbar li għandu provi ġodda dwar korruzzjoni direttament mill-Uffiċju tal-Prim Ministru f’Kastilja – għal darb’oħra biċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri jinsab fi skandlu ieħor.
F’dawn il-provi li talab li jressaq Simon Busuttil, hu żvela kif iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri għadda lill-eks CEO tat-Times, l-Allied Newspapers, Adrian Hillman, somma li tlaħħaq is-sitt mija u ħamsin elf ewro (€650,000). Aktar dettalji dwar dawn il-provi fl-artiklu t’hawn taħt:
//= $special ?>Tixhim u korruzzjoni: Provi ta’ trasferimenti ta’ €650,000 minn Keith Schembri lil Adrian Hillman