Il-poplu Iranjan ivvota fl-elezzjoni għall-Presidenza, meta l-President tal-Iran attwali, Hassan Rouhani, qed jittama għal tieni mandat.
Rouhani – reliġjuż moderat li, fl-2015, innegozja ftehim nukleari storiku mal-potenzi tad-dinja – qed jikkuntesta kontra tliet kandidati oħra.
L-akbar sfidant tiegħu, f’dan il-każ, hu Ebrahim Raisi, eksprosekutur u reliġjuż konservattiv li hu qrib l-Ayatollah Ali Khamenei; il-Mexxej Suprem tal-Iran.
F’każ li ħadd ma jirbaħ aktar minn 50 fil-mija tal-vot, il-Presidenza tal-Iran tkun deċiża minn tieni votazzjoni diretta li ssir il-ġimgħa d-dieħla.
Mill-1985 ‘il hawn, kien elett dejjem il-President Iranjan li kkuntesta l-elezzjoni għat-tieni darba wara l-ewwel mandat ta’ poter.
‘Il fuq minn 54 miljuni kienu eliġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni, meta infetħu madwar 63,000 postijiet tal-votazzjoni madwar l-Iran.
L-ewwel riżultati ta’ din l-elezzjoni huma mistennija għal għada.
//= $special ?>


