Ħadd ma’ weġġa’ meta karozza tat-tip Mercedes ħadet in-nar waqt li kienet qed tinstaq fi triq Sant’ Andrija fis-Swieqi.
Jirriżulta li għall-ħabta tas-1a.m, il-karozza tat-tip Mercedes kienet qed tinstaq fid-direzzjoni ta’ Paceville, meta għal xi raġuni l-karozza ħadet in-nar. Fil-ħin tal-inċident fil-karozza kien hemm 3 persuni li fortunatament ma sofrew l-ebda ġrieħi.
Għal xi ħin it-triq ingħalqet għat-traffiku.
//= $special ?>

