#muscatgate

Kwerela biex jiġu investigati l-persuni li wasslu informazzjoni dwar Keith Schembri

Joseph Muscat qed jipprova jagħlaq ħalq il-persuni li qed jikxfu informazzjoni li tista' tinkrimina lill-persuni tant viċin tiegħu.

Tressqet kwerela sabiex jieħu pass kontra l-persuni li wasslu l-informazzjoni lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, informazzjoni li  ħabbar dwar iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Waqt attività politika taħt it-tinda fl-Imġarr illejla, Simon Busuttil qal li Joseph Muscat qed jipprova jagħlaq ħalq il-persuni li qed jikxfu informazzjoni li tista’ tinkrimina lill-persuni tant viċin tiegħu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan mhux se jbeżżaw u li se jkompli jaħdem sabiex toħroġ il-verità. Kompla jgħid li dan kollu se nkunu qed niġġilduh nhar it-3 ta’ Ġunju permezz tal-vot tagħna fl-elezzjoni ġenerali.

Intant, ftit tal-ħin wara li ħarġet din l-aħbar Michael Briguglio wkoll kkummenta dwar dan. Fuq post fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook hu kiteb “Liberali daqs l-Ażerbajġan”