Jien m’għandix dubju li Egrant hi tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil b’risposta għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.
Il-kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li hu lill-Prim Ministru ma jemmnu assolutament xejn.
Simon Busuttil spjega li f’dan l-istadju l-inkjesta mhux qed issir biex issib ħtija. Qal ukoll li minkejja kollox hemm biżżejjed provi u truf li jistgħu iwasslu biex l-investigazzjoni tissokta fil-konfront tal-Prim Ministru.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għalhekk saħaq li kollox jinsab f’idejn l-Maġistrat li qed imexxi l-inkjesta.
//= $special ?>