Elezzjoni 2017 Lokali

Proposti għal setturi varji ta’ ħaddiema – jitkellmu l-kandidati f’attività Taħt it-Tinda fl-Imġarr

Matul l-attività Taħt it-Tinda fl-Imġarr kienu diskussi għadda ta’ propopsti li jolqtu setturi varji ta’ ħaddiema.

Il-Viċi Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Partit Beppe Fenech Adami tkellem dwar il-proposti tal-PN għall-Pulizija, il-membri tal-Armata, il-Gwardjani tal-ħabs u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili. Beppe Fenech Adami qal li l-għan ta’ dawn il-proposti huma li dawn il-ħaddiema jerġgħu jsiru kburin f’xogħolhom.

Taħt it-Tinda fil-lokalità tal-Imgarr, li kif qal il-Kap tal-PN hija l-benniena tal-agrikoltura, tħabbru numru ta’ proposti tal-PN għall-bdiewa u r-raħħala. Il-Kap tal-PN qal li Gvern Nazzjonalista jaħtar Ministru għall-Biedja u s-Sajd.

Toni Bezzina tkellem dwar numru ta’ proposti li jixhdu kif il-PN huwa l-partit naturali tal-bdiewa u s-sajjieda u kif il-PN se jkunu ta’ spalla għall-ħaddiema f’dan is-settur.

Horace Vella bidwi Għawdxi laqa’ l-proposti mressqa partikolarment dawk dwar għajnuna għall-bdiewa u r-raħħala biex jiksbu fondi tal-UE. Proposta oħra li ntlaqgħet tajjeb hija dik dwar applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar fejn jidħlu strutturi użati mill-bdiewa bħal serer.

Ċensu Camilleri, bidwi, faħħar il-porposti tal-PN u saħaq li dawn jgħinu liż-żgħażagħ biex jibdew jaħdmu fil-qasam tal-biedja.

It-28 proposta  tal-PN dwar l-ekonomija kienu fil-qofol tal-intervent tal-kandidat tal-PN Claudio Grech. Huwa fakkar li, wara li l-Gvern ta’ Muscat ma ħoloq l-ebda settur ekonomiku ġdid, il-PN qed jipproponi 6 setturi ġodda. Huwa fakkar li, kif il-PN ħoloq is-settur finanzjarju, dak tal-gaming, tal-avjazzjoni u tal-farmaċewtika l-istess Partit se joħloq il-ġid biex jiffinanzja dawn il-proposti ekonomiċi.