F’artiklu ieħor li ġie ppubblikat illum f’In-Nazzjon, osservatur politiku jkompli jiżvela kif il-bejgħ ta’ tliet sptarijiet pubbliċi lill-barranin mhu bl-ebda mod investiment barrani f’Malta. Dan il-bejgħ iżda hu investiment minn butek għall-benefiċċju tal-kumpanija VGH, u għal dik il-klikka li ħadmet fuq il-ftehim minn wara dahrek.
L-oservatur politiku fisser dan il-ftehim bħala ftehim vili li mhu xejn għajr serq sfaċċat ta’ flus il-poplu.
Fl-artiklu jitfisser kif meta nisimgħu bil-proġetti ġodda u investiment barrani fil-qasam tas-saħħa f’Malta, hemm mistoqsija li ma nistgħux ninsew insaqsu. Kemm se jitħallsu l-Vitals Global Healthcare (VGH), jiġifieri l-kumpanija li se tmexxi l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, San Luqa u Karen Grech?
Jispjega wkoll li żgur li nafu hu li l-ftehim li l-Gvern tal-klikka tas-sitta (Joseph Muscat, Konrad Mizzi, Chris Fearne, Edward Scicluna, Keith Schembri u Brian Tonna) iffirma mal-kumpanija Kanadiża mmexxija mill-Pakistani Ram Tumuluri u Shaukat Ali jipprovdi għal minimu garantit ta’ €72.8 miljun fis-sena. €72.8 miljun fis-sena minn butek għall-but il-VGH [Kumpanija Barranija]
Ma’ din is-somma rridu nżidu wkoll €1.2 miljun li l-Gvern se jħallas għall-użu tal-ħelikopter suppost mixtri mill-VGH, u €73 għal kull viżta ta’ outpatients fid-dipartiment tal-ġilda.
Jirriżulta wkoll li għal kull sodda b’mard akut, il-Gvern se jħallas €600 kuljum. Fl-Isptar ta’ Għawdex kienu qalu li se jkollhom 125 sodda għal mard akut. Dawn flimkien itellgħu s-somma li se jħallas il-Gvern għal €75,000 kuljum, jiġifieri €27,375,000 fis-sena. Naturalment minn dawn is-sodod għadna ma rajna xejn.
Il-Gvern u l-VGH kienu qalu wkoll li se jkollhom 175 sodod f’Għawdex għal mard fit-tul, li għalihom il-Gvern se jħallas €125 kull sodda kuljum. Dan ifisser mat-€8 miljun oħra fis-sena mill-kaxxa ta’ Malta.
F’dan is-suppost investiment barrani, għal kull sodda ta’ riabilitazzjoni, il-Gvern se jħallas €300 kull sodda kuljum. Jiġifieri, jekk se jkun hemm 270 sodda, jien u int se nħallsu €29,565,000 fis-sena.
F’San Luqa se jkollhom 270 sodod fit-tul għall-anzjani bil-prezz ta’ €125 kull sodda kuljum. Dawn il-ħlasijiet jitilgħu għal €12,318,750 fis-sena.
Ma’ dawn hemm ukoll iċ-Ċentru Ħolistiku, fejn il-Gvern intrabat li jħallas €20 kull viżta għal kull pazjent.
Barra dawn il-flus kollha mlibbsa libsa ta’ investiment barrani iżda li se joħorġu mill-but tal-poplu Malti u Għawdx, il-VGH se jżommu wkoll il-qliegħ kollu li se jagħmlu huma, jew aħjar suppost jagħmlu mit-turiżmu mediku. U biex żgur il-barrani jkun impala kemm seta’ minn fuq dahrna, il-Gvern saħansitra se jħallas il-pagi tal-ħaddiema tal-isptarijiet.
Skont tweġiba għall-mistoqsija Parlamenari fis-Seduta 466, il-medja annwali tan-nefqa f’pagi tal-ħaddiema bejn l-2013 u 2015 fl-isptarijiet Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, kienet €166,636,683 fis-sena.
Mela barra l-garanzija ta’ ħlas mininimu ta’ €72.8 miljun li l-Gvern Malti ntrabat li jagħti lill-kumpanija barranija kull sena, u barra l-€1.2 miljun għall-ħelikopter, u barra t-€3 miljun għad-dipartiment tal-mard tal-ġilda, il-kumpanija barranija ser tingħata wkoll €166,636,683, billi l-pagi tal-ħaddiema se jerfagħhom il-Gvern Malti.
Dan ifisser li fi 30 sena dan kollu se jammonta għal €74,999,100,490 apparti pagi u żidiet fis-salarji mit-taxxi tal-Maltin u l-Ghawdxin, li għad iridu jiżdiedu mal-medda taż-żmien skont l-għoli tal-ħajja.
//= $special ?>