Dan l-aħħar il-midfielder Alessandro Florenzi (xellug) ġie ppremjat bil-Premio Roma Club Malta wara l-prestazzjonijiet eċċellenti li kellu fl-istaġun li se jintemm ġimgħa oħra.
Waqt il-preżentazzjoni l-plejer qal li jinsab onorat li kiseb dan il-premju li ser jagħmillu aktar kuraġġ biex jirkupra malajr kemm jista’ jkun il-mument diffiċli li jinsab għaddej minnu bhalissa wara l-injury li sofra fi Frar.
Florenzi rringrazzja lill-partitarji kollha Romanisti f’Malta, u bagħat iselli għalihom.
Il-Kumitat Eżekuttiv ta’ Roma Club Malta se jagħmel il-Laqgħa Ġenerali Annwali fit-30 ta’ Ġunju fis-sede li tinsab fi Triq Tunis Pembroke fit-8pm.
//= $special ?>