Il-Partit Laburista preżenta l-kandidati tiegħu għall-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju – iżda kien hemm differenza kbira mill-preżentazzjoni ta’ ħames snin ilu. Din id-darba il-Partit Laburista ħeba lil Konrad Mizzi.
Għaldaqstant NET News staqsa mistoqsijiet importanti lil Joseph Muscat dwar Konrad Mizzi – iżda mingħajr ebda sorpriża – Joseph Muscat naqas milli jirrispondi.
Matul din il-kampanja elettorali, Konrad Mizzi ma tantx tħalla fl-għajn tal-pubbliku u dan kien evidenti illum, kif l-eks Deputat Mexxej u membru tal-kabinett ta’ Joseph Muscat – Konrad Mizzi tpoġġa fil-filliera ta’ qabel tal-aħħar u fil-ġenb nett. Iżda mhux biss, matul din il-kampanja elettorali diversi kandidati indirizzaw konferenzi tal-aħbarijiet f’isem il-Partit Laburista, iżda Konrad Mizzi rarament deher.
Huwa evidenti, li wara li Konrad Mizzi nqabad b’kumpanija sigrieta fil-Panama – il-Partit Laburista qed iżommu ‘l bogħod mill-għajn tal-pubbliku, minkejja li approvah bħala kandidat fuq il-lista tiegħu.
//= $special ?>