#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Muscat jgħid li l-leaks m’għandhomx x’jaqsmu mal-iskandlu tal-Panama

Muscat jiċħad li l-lenti daret fuq pajjiżna wara li hu naqas milli jieħu azzjoni fuq Keith Schembri u Konrad Mizzi

Minkejja l-insistenza tal-ġurnalisti, jistaqsu jekk il-każ ġdid tal-Malta Files għandux relevanza man-nuqqas ta’ azzjoni ta’ Joseph Muscat dwar l-iskandlu Panama Papers – Joseph Muscat għal diversi drabi baqa’ jiċħad li hemm xi relevanza.

Ġurnalisti ta’ NET News, MaltaToday u The Times of Malta talbu lil Joseph Muscat jekk hu hux se jerfa’ r-responsabbilta’ politika wara li dan naqas milli jieħu passi fil-konfront ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi – li t-tnejn li huma nstabu li għandhom kumpaniji sigrieta’ fil-Panama.

Dan kollu inqala’ wara li numru ta’ siti tal-aħbarijiet minn madwar id-dinja qegħdin jirrapurtaw li Malta qed tintuża bħala bażi għall-evażjoni ta’ taxxa u ħasil ta’ flus. Dan il-konsorzju li ħareġ bl-istorja, European Investigate Collaborators) li jinkludi 40 ġurnalist minn 16-il pajjiż differenti, ħabbar li l-ismijiet ta’ dawk involuti fil-Malta Files se jiġu ppubblikati għada.