Wara li kien żvelat li l-Partit Laburista se jgħolli l-prezz tal-oqbra, f’isem il-Partit Nazzjonalista rreaġixxiet Claudette Buttigieg fejn wegħdet li taħt Gvern Nazzjonalista l-prezz tal-oqbra mhux jgħola.
Claudette Buttigieg tkellmet fuq il-programm Kull Jum fuq NET Television, fejn qalet li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ta l-kelma tiegħu li l-prezz tal-oqbra mhux jiżdied – għall-kontra ta’ dak li ġie mwiegħed mill-Partit Laburista. Claudette Buttigieg kompliet tistqarr li fost il-poplu Malti, partikolarment l-anzjani – hemm rabja u weġgħa kbira għal dak li ġie żvelat mill-Partit Laburista.
Il-kandidat Nazzjonalista tkellmet ukoll dwar is-suġġett tal-vjolenza domestika, u dwar il-proposti tal-Partit Nazzjonalista. Claudette Buttigieg qalet li ma jistax ikun li għadna ngħixu f’pajjiż fejn mara jew raġel li jkunu sfaw midruba minn vjolenza domestika, jmorru jirrapurtaw l-għassa u mitlub li jagħmlu rapport quddiem nies oħra.
Din il-problema trid tiġġi kkonfrontata billi nifhmu l-problemi tal-vittmi tal-vjolenza domestika – u naddattaw l-għasses tagħna għal dawn iċ-ċirkostanzi. Claudette Buttigieg qalet li ma jistax ikun li għandna Gvern Laburista li jgħid li din il-problema ġiet riżolta billi qegħdin fi ftehim internazzjonali dwar il-vjolenza domestika. Ma jistax ikun li għandna dan il-ftehim, meta imbagħad ma jiġix infurzat f’Malta.
//= $special ?>