Lokali

Inċident b’mutur iħalli raġel b’feriti ta’ natura gravi

Żagħżugħ Ungeriż ta’ 32 sena residenti Birkirkara sofra feriti gravi wara li matul il-lejl li għadda nqeleb bil-mutur li kien qed isuq fil-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.10am fi Triq il-Ħaddiem.

Pulizija mid-Distrett marru fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet tagħhom irriżulta li għal xi raġuni, iż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-mutur, tat-tip Honda, u nqeleb bih.

Fil-post issejjaħ ukoll tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna fil-post, qabel ma l-Ungeriż ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.