Il-Fondazzjoni Save a Life, maħluqa mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech u finanzjata kemm mill-flus tal-onorarja tiegħu kif ukoll donazzjonijiet privati, issa se taħdem għal ġlieda kontra l-vizzju tad-droga.
Dan bit-twaqqif ta’ komunità, ċentru u programm għar-rijabilitazzjoni mid-droga, li qed tinħoloq fuq il-mudell ta’ esperjenza simili f’San Patrignano, l-Italja u li għandha l-għan li toffri tama lil persuni maħkuma mill-vizzju tad-droga.
It-twaqqif ta’ din l-esperjenza kontra l-vizzju tad-droga qed issir wara sentejn ta’ studju u riċerka fuq il-vizzju tad-droga. Dan il-programm se joffri mhux biss servizz bla ħlas imma wkoll se jitħaddem fuq struttura sostenibbli.
Din hi inizjattiva oħra li ttieħdet mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech li matul l-aħħar erba’ snin ta €104,000 għal dawn il-proġetti.
Minn dawn il-flus, Ħamrun Spartans setgħu jespandu l-premises tan-nursery vbiex illum joffru faċilitajitet addizzjonali għat-tfal u l-ġenituri.
Inħolqot klassi virtwali fl-iskola primarja San Ġorġ Preca tal-Belt Valletta kif ukoll twaqfet l-Interactive School of Music tas-Soċjetà Filarmonika Vilhena fil-Furjana u l-Akkademja Kulturali Pawlina fil-Belt Valletta.
Bil-finanzjament ta’ Claudio Grech, u bil-parteċipazzjoni tal-Għaqda Festi Esterni San Duminku ingħatat spinta tat-tradizzjonijiet artiġjanali fost iż-żgħażagħ tal-Belt Valletta waqt li flimkien mal-Fondazzjoni Tagħba twaqqaf it-Teen Klabb biex tkun offruta assistenza akkademika wara l-ħin tal-iskola.
Flimkien mas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp fil-Ħamrun twaqqfet l-Akkademja Mużikali u titjib infrastrutturali għal sostenibbiltà fit-tul tal-istess Akkademja.
Dan filwaqt li flimkien mal-Għaqda Festa tal-Madonna ta’ Fatima, il-Fondazzjoni Save a Life għenet ukoll fil-bini ta’ pitch 5 a side għall-futbol f’Angela House tal-Pietà, immexxija mill-Ursulini, kif ukoll programm ta’ tagħlim tal-artiġjanat għaż-żgħażagħ tal-Pietà.



