Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Ara lil Muscat jgħajjat u jkun isteriku waqt il-mass meeting fl-Imqabba

Il-mass meeting tal-Partit Laburista indirizzat mill-Prim Ministru Joseph Muscat kien wieħed mimli għajjat u isteriżmu. F’diversi okkażjonijiet waqt id-diskors tiegħu, Muscat evidentament kien isteriku fit-twassil tal-messaġġ tiegħu.

Il-filmat juri uħud mill-mumenti li fihom Muscat kien isteriku waqt il-mass meeting li sar fl-Imqabba. Dan jikkuntrasta bil-kbir mad-dikjarazzjonijiet ta’ “serenità” li għamel fl-aħħar ġimgħat.