Hekk kif ninsabu ġimgħatejn bogħod mill-elezzjoni ġenerali, kull ma jmur qed joħroġ ċar li l-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti tilfu l-fiduċja fl-awtoritajiet tal-istat li jistgħu jikkumbatta l-korruzzjoni. Tant hu hekk li minn stħarriġ li sar minn The Sunday Times jirriżulta li 54.4% tilfu l-fiduċja fl-awtoritajiet.
Surveys oħra ppublikati llum jindikaw li ammont kbir ta’ nies għadhom indeċiżi u jew inkella ma jridux jitkellmu u għalhekk hma dawn in-nies li se jkunu qed jiddeċiedu din l-elezzjoni ġenerali.
Kollox jindika li l-korruzzjoni hija l-aktar issue importanti f’din l-elezzjoni u li qed tiddetermina kif in-nies se jivvutaw.
Dawn is-surveys juru b’mod ċar li hemm aktar nies li mhumiex sodisfatti bil-mod kif il-Prim Ministru affronta l-każijiet tal-korruzzjoni.
//= $special ?>