Id-deputat u kandidat Nazzjonalista Robert Cutajar fl-aħħar jiem esperjenza sitwazzjoni li fi kliemu ddeskriviha “sitwazzjon tal-biża”. Dan wara li waqt li kien qed iżur l-anzjani residenti fid-Dar il-Madonna tal-Mellieħa, tkeċċa minn din id-dar għax skont kif qalulu ma kellux il-permess mid-Dipartiment biex iżur l-anzjani.
Robert Cutajar f’post fuq Facebook qal ukoll li fil-parkeġġ tar-residenza deheret ukoll karrozza tal-Pulizija. Minkejja dan kollu Robert Cutajar baqa’ jżur l-anzjani sakemm skada l-ħin taż-żjarat.
Robert Cutajar spjega din is-sitwazzjoni bħala intimidazzjoni fl-aqwa tagħha.
//= $special ?>