Għal ġimgħa oħra, ġie ppubblikat reklam b’tifsira politika mill-‘Advocates for the rule of law’ fuq The Sunday Times of Malta.
Din il-ġimgħa, ir-reklam jikkwota lil Dwight Eisenhower, eks ġeneral tal-armata Amerikan li qal “The clearest way to show what the rule of law means to us in everyday life is to recall what has happened when there is no rule of law.”
Dan il-messaġġ jista’ jiġi mfisser b’mod li l-aħjar mod kif tgħallem lin-nies xi tfisser li jkollok soċjetà mmexxija mill-liġijiet għal kulħadd hu li tfakkar lill-istess soċjetà kif kienet titmexxa qabel ġew żviluppati dawn ir-regoli.
Apparti minn hekk, fuq in-naħa t’isfel tar-reklam, inkitbu wkoll il-messaġġi #ruleoflaw_MT, #maltaconstitution u #bringitback.
Dawn huma reklami oħra li diġà nħarġu mill-‘Advocates for the rule of law:
//= $special ?>