Elezzjoni 2017

“Noffri d-dispożizzjoni tiegħi biex tieqaf il-ħsara li qed issir lil pajjiżna” – Simon Busuttil

Din l-attività se tkun indirizzata wkoll mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

“Noffri d-dispożizzjoni kollha tiegħi biex immedjatament tieqaf il-ħsara li qed issir lil pajjiżna”. Iddikjara dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt attività politika f’Birkirkara, meta rrefera għall-Malta Leaks.

Minkejja li bl-azzjoni, Muscat qed juri li ma jridx l-għaqda, Simon Busuttil jestendi l-id tal-koperazzjoni. “Se nkun jien li noffrilu d-dispożizzjoni kollha tiegħi biex immedjatament naħdmu flimkien biex il-ħsara tieqaf immedjatament” qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Simon Busuttil qal ċar li r-rapporti li ħarġu madwar l-Ewropa dwar il-Malta Files huma żbaljati u skorretti. Imma xorta waħda hemm raġuni għaliex dawn l-aħbarijiet ħadu l-għeruq.

“Għaliex ħadu l-għeruq dawn l-aħbarijiet? Għax korretti? Le. Sabu l-għeruq għax sabuna f’mument fejn il-kreddibiltà hija dgħajjfa. Sabuna f’mument fejn il-Gvern, li suppost jiddefendina, huwa hu stess mgħerreq fil-korruzzjoni. Kif jista’ l-Gvern ta’ Joseph Muscat imur l-Ewropa u jiddefendina fuq il-korruzzjoni jekk hu korrott hu stess?” staqsa Simon Busuttil.

Fid-dawl ta’ dan kollu, Simon Busuttil ħabbar li għada se jkun qed iħabbar sensiela ta’ proposti mmirati għas-settur tas-servizzi finanzjarji.

Bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jirrerei għall-każijiet ta’ ħasil ta’ flus u korruzzjoni li hija maqbuda fiha l-klikka korrotta ta’ Kastilja. Każijiet li jmorru sa’ qabel meta kienu fil-Gvern.

Filwaqt li tenna li min ma jiġġilidx il-korruzzjoni hu korrott, Simon Busuttil ikkundanna lill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-għażla li qed jagħmel li jkisser lil min qed jikxef il-korruzzjoni.

Waqt li tenna l-impenn tiegħu li jiddefendi lil min jikxef il-korruzzjoni, Simon Busuttil wiegħed impenn ċar

“Jekk ittuni l-opportunità li nmexxi l-pajjiż bħala Prim Ministru, jiena nieħu azzjoni konkreta biex din il-ħsara inwaqqfuha, niġġilduha, u nerġgħu nagħmlu dan il-pajjiż l-għira ta’ pajjiżi oħra” temm jgħid il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.