Lokali

Minibus jinqaleb f’Ħal-Luqa

Għall-ħabta ta’ l-10.00am seħħ inċident li fih kienet involuta minibus. Jirriżulta li l-minibus kienet qed tinstaq fid-direzzjoni tal-Ajruport, meta għal xi raġuni l-minibus inqalbet fir-roundabout li hemm viċin l-ajruport.

Fuq il-post waslu Pulizija, time mediku mill-isptar Mater Dei kif ukoll Membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Mill-informazzjoni li ksibna mill-post tal-inċident fortunatament ħadd ma weġġa’.