Żewġ irġiel jsofru ġrieħi gravi wara li kienu nvoluti f’argument f’San Ġiljan.
L-argument seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7AM meta l-Pulizija kienet infurmata li kien hemm argument bejn grupp ta nies. Irriżulta li waqt dan l-argument Sirjan ta’ 29 sena, residenti Marsaskala u raġel ta’ 33 sena mill-Ġordan sofrew xi ġrieħi.
Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.
Investigazzjonijiet tal-Pulziija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>